Ix-xogħol fuq il-proġett tat-torri Townsquare f’Tas-Sliema mistenni jibda ix-xahar id-dieħel. Dan il-proġett stmat li se jiswa madwar 100 miljun Ewro se jkun qed jinkludi diversi residenzi, stabbilimenti u ċentru tad-divertiment.
Se jinkludi wkoll spazju miftuħ kbir għal-pubbliku li huwa stmat li fih aktar minn darba u nofs tal-ġnien ta Qui si Sana. Dan il-proġett se jkun qed jara ir-restawr ta Villa Drago li għal snin twal kienet tinsab fi stat ta’ abbandun. Se jkun qed jinbena ukoll parkeġġ ta’ aktar minn 750 karozza bil-għan li jtaffi mill-problema ta’ parkeġġ li hemm fiż-żona.
L-iżviluppaturi aċċertaw lir-residenti ta’ ta’ Sliema li għalkemm ix-xogħol jista’ jikkawża xi inkonvenjenzi ser tkun qed tintuża teknoloġija ġdida li tnaqqas mill-ħsejjes li waqt li jkun qed isir it-tħaffir tal-bini. Se jiġu nstallati ukoll sistemi sabiex ma jtirux trabijiet mis-sit ta’ fejn se jsir l-iżvilupp.
Kelliem għal-Townsquare Ltd qal ukoll li se jkun qed jinfetaħ uffiċċju fi Triq Tignè kif ukoll tnieda l-helpline 27896034 għal dawk ir-residenti li jista’ jkollhom xi mistoqsijiet relatati mal-iżvilupp.