L-Unjoni Ewropea mistennija tħabbar ftehim mal-Istati Uniti dwar il-provvista għall-gass naturali likwifikat (LNG) sabiex tissostitwixxi l-importazzjoni mir-Russja.
Qed jiġi rrapportat li l-Amerika se tkun qed tipprovdi mal-15-il biljun metru kubu ta’ LNG sa tmien din is-sena.
Fil-fatt, l-Unjoni Ewropea hija mpenjata li fl-2022 tnaqqas l-użu tal-gass importat mir-Russja b’żewġ terzi billi timporta r-riżorsi minn pajjiżi oħra filwaqt li tespandi d-dipendenza fuq enerġija rinnovabbli.
Fl-indirizz tiegħu fis-Summit tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru Belġjan Alexander de Croo laqa’ din il-mossa u saħaq lise tgħin biex jorħsu l-prezzijiet tal-gass fl-Ewropa.