Jidher li l-maltemp għadu m’għaddiex kollu fejn se nkunu qed nesperjenzaw iktar xita bir-ragħad tul il-lejl li ġej u għada t-Tlieta. Dan skont dak li ġie rrapportat.
Matul is-sigħat li ġejjin nistennew xi xita iżolata f’xi bnadi, filwaqt li mal-lejl nistennew iktar xita bir-ragħad, ir-riħ mistenni jkun Xlokk il-Lvant Forza 2 għal Forza 3, filwaqt li l-inqas temperatura tinżel 19C.
Għada t-Tlieta 3 ta’ Ottubru matul il-ġurnata: Ċans elevat ta’ maltemp, b’xita u ragħad, Jitqawwa r-riħ Xlokk il-Lvant li mistenni jilħaq sa’ Forza 5 għal 6 f’xi ħin, l-ogħla temperatura 23C, l-inqas 20C. Ir-riħ inaqqas xi ftit sa filgħaxija.