Il-Qorti Suprema Amerikana tidher lesta li taċċetta liġi ta’ Mississippi li tipprojbixxi l-abort wara ħmistax-il ġimgħa ta’ tqala, anki f’każijiet ta’ stupru jew inċest.
F’seduta dwar il-każ, imħallfin konservattivi taw x’jifhmu li l-maġġoranza jappoġġjaw il-liġi.
Id-deċiżjoni mistennija tingħata f’Ġunju u tista’ tara miljuni ta’ nisa jitilfu l-aċċess għall-abort.
Attivisti kontra l-abort qed iħeġġu lill-Qorti biex tipproteġi tfal fil-ġuf imma esperti qed iwissu dwar żieda fil-mortalità materna jekk l-abort ikun ristrett.
Iż-żewġ naħat li qed jiddibattu dan il-każ iqisuh bħala ġlieda kollha jew xejn dwar id-drittijiet tal-abort.