Missili laqtu waħda mill-faċilitajiet ta’ infrastruttura li hija importanti ħafna għall-port fil-belt ta’ Odessa fin-Nofsinhar tal-Ukrajna.
Dan ikkonfermah il-Kunsill ta’ din il-belt.
Il-kelliem tal-amministrazzjoni reġjonali Sergey Bratchuk qal li jittama li ma jkun hemm l-ebda vittmi.
Din il-belt kienet ilha ma tiġi attakata mit-truppi Russi għal ġimgħat sħaħ, però wara dan l-attakk, qed jidher li r-Russja qed terġa tiffoka l-bumbardamenti tagħha fuq in-Nofsinhar u l-Lvant tal-pajjiż wara li r-Russi sabu għadma iebsa immens mill-Ukreni meta ppruvaw jersqu viċin il-kapitali Kyiv.