Diversi missili ħakmu l-belt kapitali Ukrena ta’ Kiev li kkawżaw splużjonijiet kbar u ġarraf binjiet residenzjali.
Pumpiera bħalissa għaddejjin b’operazzjoni biex jitfu n-nirien li ħakem il-binja fejn it-twieqi nfaqgħu u wieħed mis-sulari kkollassa parzjalment.
Dan l-attakk wasal sigħat biss wara li l-President Ukren Volodymyr Zelensky appella lill-alleati tiegħu għal sistema ta’ difiża mill-ajru hekk kif wissa li l-gwerra dieħla f’fażi moralment u emozzjonalment diffiċli.
Is-Sindku ta’ Kiev spjega li s’issa żewġ persuni ndarbu f’dan l-attakk li sejjaħlu bħala attentat ta’ intimidazzjoni hekk kif din il-ġimgħa ser iseħħu numru ta’ summits internazzjonali fosthom dak magħruf bħala l-G7.
Hu qal li għadu wisq kmieni sabiex jiġi determinat jekk kienx hemm fatalitajiet.