Minn tal-inqas ħames persuna huma maħsuba li ġew midruba fil-belt ta’ Dnipro fl-Ukrajna, kawża ta’ attakk bil-missili.
Il-missili laqtu żewġ binjiet, wieħed minnhom residenzjali u ieħor li jintuża mis-servizzi sigrieti Ukreni.
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky ipponta subgħajh lejn it-terrur li qed joħolqu r-Russi bil-missili bħala l-kawża wara dan l-attakk.
Hu saħansitra ppubblika filmat li juri duħħan kbir ħiereġ minn dawn il-binjiet li ntlaqtu u juri wkoll nirien fit-toroq tal-madwar.
Zelensky qal li se jkun qed ilaqqa’ lis-servizzi sigrieti, il-ministeru għall-intern, is-servizzi tal-emerġenza u uffiċjali lokali għal laqgħat ta’ emerġenza wara li seħħ dan l-inċident.