Il-Korea ta’ Fuq sparat missila li għaddiet minn fuq il-Ġappun u spiċċat fil-baħar, ftit aktar minn elf kilometru ‘l barra mill-kosta Ġappuniża.
Il-missila li qabel waqgħet inqasmet fi tlett biċċiet għaddiet minn fuq il-gżira ta’ Hokkaido, territorju Ġappuniż.
Fil-gżira nstemgħu twissijiet hekk kif il-missila kienet riesqa lejha, bin-nies tal-post kienu mitluba jsibu l-kenn.
Hu mifhum li ma sar l-ebda tentattiv biex il-qawwiet Ġappuniżi jinterċettaw il-missila sparata iżda l-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe qal li din il-missila kienet ta’ theddida għal pajjiżu.
Abe qal ukoll li tkellem mal-President Amerikan Donald Trump fejn it-tnejn qablu li jridu jagħmlu iżjed pressjoni fuq il-Korea ta’ Fuq ta’ Kim Jong Un.
Fil-ġimgħat li għaddew Kim Jong Un hedded li jispara missili lejn Guam, gżira tal-Amerka.