Meta missier Brryan Jackson mlieh bi-kontenut ta’ siringa mimlija demm infettat bl-HIV, kien qed jittama li t-tifel ma jikber qatt.
Ħadd qatt ma’ immaġina li 24 sena wara, kien se jiffaċċja lill-ibnu l-qorti biex jisma’ l-impatt devastanti tal-att kriminali li wettaq.
Fl-1992 fl-Amerka, Jackson instab li kellu HIV fi stadju ikrah ħafna, u qalu lill-ommu tmur id-dar u jgħixu l-aħħar jiem ta’ ħajjet it-tifel flimkien.
Bryan Stwart, missier Jackson, ltaqa’ ma’ ommu ġewwa faċilità ta’ taħriġ militari f’Missouri, fejn it-tnejn kienu qed jitħarrġu biex isiru tobba. Bdew jgħixu flimkien u ħames xhur wara, f’nofs l-1992, l-omm ħarġet tqila.
Fil-Qorti Jackson irrakkonta li missieru kien vera eċitat meta twieled, iżda l-attitudni lejh ibidlet meta mar jaqdi dmiru f’Operation Desert Storm, l-Arabja Sawdija. L-attitudni tiegħu inbidlet għal kollox. Beda jiċħad li Jackson kien ibnu, jitlob testijiet tad-DNA, u jkun abbużiv verbalment u fiżikalment fil-konfront ta’ ommu.
Meta l-koppja sseparat, kien hemm ġlied kbir fuq il-ħlas tal-manteniment, li Stewart irrifjuta li jħallas. Kien jagħmel theddid stramb ħafna, bħal “ibnek mhux se jgħix aktar minn ħames snin” u “meta nitilqek ma rrid inħalli xejn warajja”.
Intant Stewart beda jaħdem f’laboratorju tad-demm, u beda jieħu kampjuni ta’ demm infettat lura d-dar. Dan skoprewh investigaturi aktar tard.
Kien jiċċajta ma’ kollegi u jgħid “Jekk irrid ninfetta lil xi ħadd b’wieħed minn dawn il-viruses, ma jkunx jaf x’laqtu”.
Meta Jackson kellu 11-il xahar, ommu u missieru ma kienu jagħmlu ebda kuntat. Iżda meta Jackson iddaħħal l-isptar b’attakk qawwi tal-ażma, ommu informat lil missieru. Għall-ewwel, il-kollegi tax-xogħol fejn jaħdem qalulha “Bryan Stwart m’għandu ebda tifel”. Kienet għalhekk sorpriża meta dan tfaċċa l-isptar u talab lill-omm tħallihom waħedhom u tmur tieħu kafè.
Hawn, Stewart qabad siringa mimlija demm inefttat bl-HIV, u infetta lill-ibnu. “Kien qed jittama li mmut, biex ma jħallasx manteniment” qal Jackson fil-Qorti Amerikana, f’każ irrapportat mill-BBC.
Ommu rritornat mill-kafetterija u sabitu jwerżaq f’idejn missieru. Mhux talli kien hemm mimli HIV, talli ma kienx demm kompatibbli ma’ tat-tifel.
It-tobba kienu mħawwda kompletament, bil-virus fil-vini tiegħu, il-polz bgħatut, it-temperaturi għolja u n-nifs maqtuh. Imma għamlu li setgħu u bgħatuh lura d-dar, mingħajr ma jafu x’għandu. Iżda fil-ġimgħat ta’ wara, omm Jackson ratu jiddeterjora quddiem għajnejha. Għal erba’ snin sħaħ, ġriet minn tabib għal ieħor. It-tifel kien iqum f’nofs ta’ lejl iwerżaq biex ommu ma tħalliħx imut.
Meta pedjatra minnhom ġietu l-idea ta’ test għall-HIV, sabu li kellu l-agħar forma ta’ Aids, fi stadu avvanzat. Tawh ħames xhur ħajja u bgħatuh lura d-dar biex imut hemm.
Baqa’ jgħix tfulitu b’infezzjoni wara l-oħra. Tant ħa mediċini li spiċċa ma jismax. Ra tfal oħra l-isptar bl-istess mard imutu, iżda hu baqa’ ħaj. Jirrakkonta li kien jara films fejn il-missirijiet ikunu hemm għal uliedhom, u qatt ma seta’ jifhem għala missieru għammillu hekk.
Meta kien b’saħħtu biżżejjed biex imur l-iskola, kellu jieqaf minħabba l-istigma. Kien żmien meta kienu jemmnu li tista’ tieħu l-Aids mis-seat tat-toilet. Sab il-kuraġġ fir-reliġjon, meta kellu 13-il sena u beda jaqra l-Bibbja.
Missieru, jiskonta sentenza twila priġunerija, kien miċħud il-parole kemm-il darba, iżda t-tifel kien iqum jibża li missieru kien se jispiċċa dak li prova jagħmel.
Illum it-tifel huwa żagħżugħ li qed jiġġieled l-Aids b’mod mirakoluż. Huwa fundatur tal-grupp Hope is Vital, u jibqa’ jiċħad lill-missieru u jitla’ l-Qorti biex jiżgura li ma joħroġx mill-ħabs ta’ Missouri.
Jixtieq li xi darba jkun missier tajjeb u jinsisti li bil-mumenti l-ħżiena, huwa possibbli li tibqa’ tittama u li twettaq affarijiet kbar.
Ritratti: Jidhru Brryan Jackson (tal-lemin) ma’ missieru meta kien tarbija, u Jackson ma’ ommu. Ta’ taħt huwa Jackson illum,