Marsi ta’57 wieġeb ħati għal akkuża ta’ serq ta’ madwar €5,000 lil missieru minn dar tal-anzjani f’Bormla.
Il-Qorti kien spjegat li l-akkużat ikkopera mal-Pulizija waqt l-arrest, kif ukoll li fadal biss €350 mill-flus li seraq l-akkużat.
Misser l-akkużat qal ċar u tond li hu lest jaħfer lill-ibnu jekk dan jagħtih il-flus lura.
Id-difiża nnutat li l-akkużat għandu kondotta nadfia, u kien jieħu ħsieb lill-missier kuljum.
B’hekk, Raymond Bonnici ngħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin, u li jħallas lura lill-missieru fi żmien 30 xahar.