Għall-ewwel darba fl-istorja tal-avjazzjoni f’pajjiżna, missier u iben kienu flimkien itajjru l-istess ajruplan kummerċjali.
Dan fuq titjiriet tar-RyanAir nhar il-Ħadd li għadda.
Il-Kaptan Philip Apap Bologna u ibnu l-First Officer Richard Apap Bologna kienu fuq it-titjira minn Malta għal Toulouse u wara minn Malta għal Katanja.
Ir-Ryan Air qalu li din kienet l-ewwel darba fl-istorja li missier u iben tajru dan it-tip ta’ ajruplan flimkien.