Missier ta’ ħamsa u ħamsin sena u iben ta’ erbgħa u għoxrin sena minn Birkirkara ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-qorti akkużati li fir-residenza tagħhom instabu madwar 111-il kilo ta’ sustanza suspettata raża tal-kannabis, lesta sabiex tiġi ttraffikata.
L-irġiel ġew arrestati l-Erbgħa filgħaxija wara diversi ġimgħat t’osservazzjoni mill-iskwadra ta’ Kontra d-Droga.
Fil-qorti ngħad li d-droga nsabet fi tliet pakketti b’60 kilo li kienu qed jinżammu d-dar u madwar 50 kilo oħra li kienu f’garaxx faċċata tad-dar tagħhom.
Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha fosthom pussess u traffikar ta’ droga. Il-qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest bil-Qorti tordna li l-irġiel ma jinżammu arrestati fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.