Missier u iben li kienu jagħmlu xogħol ta’ mekkanink fil-garaxx tagħhom, qed ifittxu lill-Enemalta għal kumpens ta’ €26,000 wara li l-garaxx inħakem minn nirien kawa ta’ ħsarat fil-meter tad-dawl.
Il-każ seħħ fil-5 ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet fil-garaxx li jinsab fi Triq Ġuze Ellul Mercer fl-Iklin. Kawża tan-nirien karozza tat-tip Hyundai li kienet għat-tiswija fil-garaxx nħarqet u apparat u għodod li jintuzaw mill-mekkanik inħarqu wkoll.
Kienu esperti li inħatru mill-Qorti stess li stabbilixxew li n-nirien bdew minn fault fil-meter tad-dawl.
Għaldaqstant il-missier Augustine Bonnici ta’ 62 sena u ibnu Roderick ta’ 32 sena ressqu ittra ġudizzjarja kontra l-Enemalta, l-Kummissarju tal-Pulizija , Avukat Ġenerali , l-Ministru tal-Ġustizzja u l-ARMS sabiex jingħataw kumpensa għad-danni li sofrew .
Intqal kif qabel inħakem minn-nirien , il-garaxx kellu valur ta’ tmienja u tlettin elf ewro filwaqt li l-apparat u l-għodda li kien hemm fil-garaxx kellhom valur ta’ tlieta u erbgħin elf ewro .