Christian Bonello, ta’ 47 sena u ibnu Anderton Bonello ta’ 20 sena, baqgħu jinżammu arrestati wara li ġew akkużati li nhar il-Ġimgħa fi Triq it-Tifkira, Raħal Ġdid, poġġew il-ħajja ta’ raġel f’periklu u kkaġunawlu ġrieħi gravi.
Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom u talbu għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li minħabba li għad fadal ħafna nies biex jixhdu, inkluż is-sieħba ta’ Christian Bonello, hemm il-biża’ li jkun hemm intralċ ta provi.
Min-naħa tiegħu, l-avukat tal-akkużati spjega li minn informazzjoni li tawh iż-żewġ akkużati, dan il-każ kien wieħed ta’ self-defense.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia, ċaħdet it-talba għal-libertà proviżorja għax għad trid tinstema’ x-xhieda ta’ diversi xhieda pajżana.