Antonio Palumbo, is-sid ta’ dik li kienet it-tarzna ta’ Malta, flimkien ma’ ibnu Raffaele, ġew ikkundannati sitt snin ħabs wara li nstabu ħatja ta’ rimi illegali ta’ materjal fil-baħar Sqallin.
Iż-żewġ negozjanti flimkien ma’ seba individwi oħra nstabu ħatja ta’ dan fil-Qorti ta’ Messina. Il-Qorti qalet kif il-membri tal-familja Palumbo għinu jiffaċiltaw il-proċess sabiex jintrema materjal fil-baħar bejn l-2011 u l-2013.
Il-familja Palumbo ħadet taħt idejha t-tarzna u marina tal-jottijiet f’Bormla lura fl-2010. Il-missier u l-iben ġew arrestati lura f’April tal-2013.
L-avukati tal-familja Palumbo kkonferaw li ser ikunu qed jappellaw din is-sentenza.