Godwin Attard u ibnu Kurt Attard li jgħixu x-Xagħra ġew arrestati mill-ġdid wara li nqabdu barra f’ħin li suppost kellhom ikunu ġewwa u lanqas kienu lebsin maskla.
Il-missier u l-iben ġew akkużati li fil-ħdax ta’ Marzu li għadda, għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħaxija naqsu li jħarsu l-kundizzjoni mogħtija mill-Maġistrat Simone Grech f’Awwissu li għadda.
Quddiem il-Maġistrat Bridgette Sultana, żewġ pulizija xehdu li waqt li kienu qed jagħmlu r-ronda, innutaw lill-missier mingħajr maskra u wara li qalulu jilbisha dan daħal f’karozza.
Meta ċċekkjaw mal-Għassa tar-Rabat sabu li l-pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-vettura kienet ta’ Ingliż li jgħix ġewwa l-Munxar.
Wara li segwewh innutaw lilu u lil ibnu barra mill-karozza mingħajr maskra u tawhom ċitazzjoni.
Il-Qorti sabet lill-missier u lill-iben ħatja li kisru l-kundizzjonijiet imposti fuqhom, jiġifieri li jkunu ġewwa f’ċertu ħin u mmultat lill-missier ħames t’elef u ħames mitt ewro.