Missier u iben serqu diversi prodotti u oġġetti oħra li jammontaw għal sitt mitt ewro minn stabbiliment fil-Mosta.
Fil-qorti ħareġ li Mihai-Marian Bineata ta’ erbgħa u erbgħin sena u Denis-Florih ta’ għoxrin sena mir-Rumanija u joqogħdu n-Naxxar diġa ħallsu lura dak kollu li serqu.
Il-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Gabriella Vella kkundannathom għal disa’ xhur ħabs sospiżi għal sentejn.