Missier ta’ 47 sena li jgħix Bormla qed jgħaddi ġuri fuq allegat każijiet ta’ stupru fuq bintu.
Il-każ imur lura għall-2004, fejn l-akkużat qed ikun mixli li abbuża b’mod sesswali lil bintu, li dak iż-żmien kellha disa’ snin u allegatament seħħ f’żewġ każijiet separati.
Il-każ spiċċa quddiem il-ġustizzja, wara li qalet b’dak li ġara lill-għalliema tad-duttrina.
Il-ġuri qed jinstema quddiem bibien magħluqa u qed ikun ippresedut mill-Imħallef Aaron Bugeja.
F’dan il-każ, il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Anthony Vella u Kaylie Bonett, mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Dan filwaqt li l-Avukat Tonio Azzopardi qed jidher għall-akkużat.