Missier ta’ tfajla ta’ sbatax-il sena qatel il-ħabib tat-tifla wara li ħasbu ħalliel. Il-missier spara liż-żagħżugħ, Jordan Middleton, wara li ħareġ jiġri minn gwardarobba ta’ kamra fir-residenza tiegħu.
Kien biss wara li bintu qaltlu li kienet hi li daħlet lil dan il-ġuvni f’darhom. Missier it-tfajla spjega lill-investigaturi li kien qam għall-ħabta tat-3am wara li sema ħsejjes ġejjin mis-sular ta’ isfel tad-dar tiegħu. Huwa spjega li avża lil Jordan darbtejn li kien armat u qallu biex jgħidlu x’jismu, iżda minkejja dan il-ġuvni baqa’ mitbuq.
Meta l-missier intebaħ b’dak li kien ġara prova jagħti l-ewwel għajnuna liż-żagħżugħ wara li sparalu, iżda kien tard wisq.
Fulton ma tressaqx il-qorti b’rabta mal-omiċidju hekk kif Georgia huwa wieħed mill-istati tal-Amerka li bil-liġi wieħed jista’ juża b’mod ġustifikat forza fatali fil-propjetà tiegħu jekk is-sigurtà tal-persuni li jkunu fir-residenza tkun mhedda.