Il-Ħamis filgħodu kompla l-ġurin li għandu jiddetermina jekk Kevin Micallef, akkużat bil-qtil ta’ ommu u zitu f’darhom fil-Għargħur, huwiex f’sikktu mentalment, sabiex ikun jista’ jgħaddi ġuri.
Il-każ seħħ fit-23 ta’ Lulju tal-2018.
Is-seduta tal-Ħamis, kienet titratta fost oħrajn il-kontro-replika tad-Difiża permez tal-Avukat Francois Dalli.
Fil-fatt, Dr Dalli fl-indirizz tiegħu spjega li l-każ ta’ qtil inkwistjoni juri kemm l-imputat ma kienx fi stat ta’ saħħa normali. Dan minħabba l-fatt li l-imputat lanqas biss ħarab iżda ta ruħu b’idejh lill-pulizija u saħansitra rrabja mal-Pulizija li ma bdewx jemmnuh li wettaq ir-reat hu.
L-Avukat irrimarka wkoll li malli l-imputat ġie f’sikktu kien disturbat ħafna bir-reat tant li ma setax jorqod biex b’hekk ikompli jikkonferma kemm ma kienx f’sensih waqt il-kummissjoni tar-reat.
Intant, fis-seduta tal-Erbgħa, ġie rimarkat minn bosta professjonisti li Micallef isofri minn diżordni psikotika magħrufa bħala Huntington li taffettwa n-nervituri u li twassal għal mard mentali wkoll.
L-Avukat Francois Dalli sostna wkoll li ħu l-imputat u anke missieru mietu b’din il-marda newroloġika.
Qabel il-ġurin daħlu jiddeliberaw, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera sostniet fuq l-importanza tal-liġi fuq il-kuxjenza tal-istess ġurin. Hija irrmarkat ukoll li d-deċiżjoni tagħhom trid tkun sostnuta fuq il-provi.