“Il-fjura tagħna. Int kont fjura bl-isem Kacey. Int kont fjura sabiħa kemm minn ġewwa u wisq minn barra.”
Dan qalu fuq il-midja soċjali Jason Sciberras, missier Kacey Sciberras, ta’ 17-il sena minn San Pawl il-Baħar li tilfet ħajjitha traġikament f’inċident li seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, f’Ħ’Attard.
F’kitba fuq Facebook, missierha qal li bintu kienet fjura li taf tħobb u tirrispetta lil ta’ madwarha.
Qal li “l-fjura tagħna” issa qegħda ma’ fjuri oħrajn, mal-Mulej.
Jason Sciberras qal li ommha, ħuha u n-nanna se jibqgħu jħobbuha u jgħożżuha sa ma jerġgħu jiltaqgħu magħha.
AQRA AKTAR: