Raġel inqatel sparatura hekk kif kien qed jistenna f’karozza pparkjata biex jiġbor lill-uliedu mill-iskola f’Belfast, l-Irlanda. Il-Pulizija qed issejjaħ dan il-każ bħala qtil diżgrazzjuż.
Rapporti fil-midja Ingliża jispjegaw kif ġenituri oħra fil-viċinanzi pruvaw jagħtu l-għajnuna lil dan il-missier, iżda dan miet fuq il-post kawża tal-ġrieħi li sofra.