F’każ ta’ vjolenza domestika missier bla xogħol ammetta fil-Qorti li waqt li kellu argument ma’ ibnu huwa tefalu mug u kkaġunalu ġrieħi gravi.
It-tifel kellhu bżonn ukoll xi butterfly stiches sabiex jiddewwa. L-isem tal-missier ma’ ġiex imxandar fuq ordni tal-Qorti.
Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezjoni favur il-vittma u ordnat lil missier sabiex ma’ jagħmilx kuntatt ma’ ibnu għal żmien ta’ sena. L-akkużat ġie mwissi li jekk ma jobdix din l-ordni jeħel multa ta’ elfejn ewro u sentenza ta’ ħabs.
Il-Maġistrat Natasha Galea Scibberras approvat il-ħelsien mil-arrest tal-missier fuq granzija personali ta’ sebat elef ewro.