Missier ta’ sebat itfal ingħata sentenza ta’ probation għal tliet snin wara li ammetta li permezz tal-ħamest itfal minuri tiegħu kien jikkommetti serq aggravat.
Ir-raġel li għandu 38 sena u li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti kien mixli li kien iġiegħel lit-tfal tiegħu li għandhom bejn 5 u 11-il sena biex jisirqu tagħmir elettroniku u ġugarelli minn ħanut.
Ir-raġel ġie mixli wkoll li ma kienx qed jieħu ħsieb sew lil uliedu.
Il-Maġistrat Charmaine Galea ħatret social worker sabiex issegwi dan il-każ.