Dan kien iddikjarat fil-qorti wara li fit-tmintax ta’ April li għadda, ibnu, Steven Azzopardi, ta’ wieħed u tletin sena mill-Għargħur kien akkużat b’attentat ta’ qtil.
Dan flimkien ma’ akkużi oħra relatati ma’ theddid u offiżi b’armi tan-nar.
Waqt li kompla jinstema l-każ, il-vittma qal lill-qorti li ma kellux ix-xewqa li jixhed u li huwa ħafer lill-ibnu talli sparalu.
Id-difiża argumentat li dan kien ifisser li m’hemmx każ prima facie u għalhekk talbet li jitpoġġa taħt att ta’ akkuża.
Quddiem it-talba tad-difiża, l-maġistrat Micallef Stafrace emendat l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest tar-raġel: minn depożitu ta’ tletin elf ewro għal depożitu ta’ ħamest elef ewro u garanzija personali ta’ tletin elf ewro.
Il-każ mistenni jkompli jinstema.