Stanley Johnson, li jiġi missier il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson applika sabiex jikseb iċ-ċittadianza Franċiża wara li ftit tas-sigħat oħra r-Renju Unit mistenni jtemm il-prejodu tranżitorju ta’ wara Brexit.
F’kummenti li ta lill-istazzjon tar-radju Franċiż RTL huwa sostna li fil-passat kellu rabtiet ma’ Franza minħabba li ommu hija ta’ nisel Franċiż u sostna li huwa qed japplika għal xi ħaġa li suppost diġà kellu.
Fl-intervista li għamilha kollha bil-Franċiż huwa sostna li minkejja Brexit, huwa xorta se jibqa’ Ewropew u tenna li wieħed ma jistax jgħid lill-Brittaniċi li mhumiex Ewropej hekk kif ir-relazzjoni mal-Unjoni Ewropea hija importanti.
Il-pożizzjoni ta’ Stanley Johnson tikkuntrasta sew mal-pożizzjoni ta’ ibnu, Boris Johnson li fl-2016 ikkampanja b’qawwa kbira favur Brexit f’referendum li heżżeż poplu.
Illejla r-Renju Unit se jkun qed jħalli l-perjodu tranżitorju ta’ wara Brexit wara relazzjoni ta’ kważi ħames deċenji mal-Unjoni Ewropea.