L-eks President tal-Portugal, Mario Soares, miet fl-età ta’ 92 sena. Soares iddaħħal fis-sezzjoni tal-kura intensiva tal-isptar tas-Salib Aħmar f’Lisbona fit-13 ta’ Diċembru.
Hu kien ikkunsidrat bħala “missier id-demokrazija” f’pajjiżu.
Soares kien il-Prim Ministru tal-Portugal darbtejn u wara kien elett bħala l-President.