Ilbieraħ il-Ġermanja tilfet lil Helmut Kohl, wieħed mill-Kanċillieri Ġermaniżi meqjusa li kienu ta’ kontribut għall-istorja ta’ pajjiżhom fil-Gwerra l-bierda. Bosta mexxejja barranin qisuh bħala statista tal-wieħed u għoxrin seklu.
Tkellimna mal-espert fil-politika internazzjonali Alex Sciberras Trigona li ta ħarsa lejn il-kontribut li Helmut Kohl taha għad-dinja u għal Ġermanja.