Għal din is-sena, l-mudella li ser tirrapreżenta lil Malta fil-71 edizzjoni ta’ Miss Universe hija Maxine Formosa Gruppetta. Maxine ġiet magħżulha b’mod awtomatiku mill-organiżżaturi lokali ta’ dan il-kuntest tas-sbuħija.

F’serata apposta mtella’ l-Ħadd 10 t’April filgħaxija f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, Jade Cini, Miss Universe Malta 2021, għaddiet ix-xetru lill-ambaxxatriċi ta’ din is-sena.
