Natalia Galea ta’ 22 sena minn Santa Venera ser tkun l-ambaxxatriċi Maltija fl-edizzjoni li jmiss ta’ Miss World. Natalia rebħet konkors tas-sbuħija lokali waqt il-finali li xxandret b’mod dirett fuq ONE minn Forti Sant’Iermu.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/06/09124736/MISS_WORLD_MALTA_2022-681x1024.jpg)
Din kienet il-25 edizzjoni ta’ dan il-konkors lokali u li minnu tintgħażel il-mudella li tkun ser tirrapreżenta lil Pajjiżna f’dan il-konkors internazzjonali segwit xejn anqas minn 2.5 Biljun persuna. Il-konkors lokali huwa taħt id-direzzjoni ta’ Modelle International taħt it-tmexxija ta’ Sue Rossi u Claudia Calleja