Andrea Meza ta’ 26 sena, li kienet qed tirrappreżenta lil Messiku rebħet it-titlu ta’ Miss Universe għal din is-sena. Dan il-konkors sar ilbieraħ.
Miss Brazil u Miss Peru kklassifikaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Dan il-konkors kien preżentat mill-Attur Amerikan Mario Lopez u Olivia Culpo.
Malta kienet irrappreżentata minn Anthea Zammit, tfajla ta’ 26 sena minn Ħaż-Żebbuġ. Hija kkompetiet f’din iċ-ċelebrazzjoni tal-moda ma’ tmenin tfajla minn pajjiżi differenti.
F’dan il-konkors, Anthea libset ħwejjeġ differenti fosthom anki libsa mnebbħa mill-għonnella.
L-edizzjoni tas-sena li għaddiet ta’ dan il-konkors kienet tħassret minħabba l-imxija tal-Covid-19.