Il-Prim Ministru Joseph Muscat igawdi reputazzjoni u rispett kbir fost il-Maltin li jgħixu fl-Amerika.
Stqarret dan Rachael Cini li hija Miss Malta USA tal-Kommunità Maltija fl-Amerka li fuq xewqa tagħha żaret lill-Prim Ministru Joseph Muscat ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja.
“They love Dr.Muscat they think that he is a very nice man, we se him as a Maltese American as well, we see him as a very Maltese American,” qalet Rachael.
F’ diskussjoni qasira bejn Rachael, il-familjari tagħha u l-Prim Ministru kien nnuttat il-progress kbir li seħħ f’ pajjiżna matul l-aħħar snin kif tistqarr ukoll Rachael li ġiet f’ Malta għal tlett darbiet.