Il-pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet tard wara nofsinhar ġewwa residenza fi Triq l-Imdina n-Naxxar. Il-pulizija qalu lil one.com.mt li s-serqa seħħet hekk kif il-membri tal-familja kienu qed jattendu funeral. Mhux magħruf l-ammont jew oġġetti li nsterqu mid-dar.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għadejjin.