Ilbieraħ filgħaxija f’ħidma konġunta bejn membri mill-iskwadra ta’ kontra il-Vizzju tad-Droga u b’assistenza minn uffiċjali tad-Dwana ta’ Malta, saret sejba ta’ droga fuq Vapur tal-Merkanzija.
Il-vapur li huwa reġistrat il-Panama u li r-rotta tiegħu tinkludi diversi pajjiżi minn madwar id-dinja kien spezzjonat u instabu numru ta’ paketti mdawrin bil-plastik. F’dawn il-paketti nsatbu madwar 150 kilo droga maħsuba kannabis lesta biex tiġi traffikata.
Mill-investigazzjonijiet li saru s’issa ma jidhirx li din id-droga kienet għas-suq lokali. Investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward il-każ għadhom għaddejjin.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Y. Micallef Stafrace LLD li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.