Raġel suspettat bi frodi ġie iddikjarat tajjeb biżżejjed biex jittieħdu passi kriminali kontrih.
Jonathan Baldacchino ta’ 30 sena minn tas-Sliema jinsab akkużat li froda lill-pensjonant Brittanniku Paul Nice xejn inqas minn €100,000. Il-Malti qal li huwa iben konsulent finanzjarju u wiegħed li billi jgħaddilu l-flus, Nice kien se jagħmel profitt sinnifikanti.
Baldacchino tressaq il-Qorti f’Ġunu 2013, bl-avukati tiegħu jgħidu li ma kienx stabbli mentalment.
Iżda grupp ta’ esperti mediċi iddeċiedew li m’hemm ebda evidenza li turi dan. Baldacchino appella minn din id-deċiżjoni.