Tim magħruf fl-ice hockey, bl-isem ta‘ Düsseldorfer EG, riċentement kien Malta għal taħriġ fiżiku. Hawn qed nitkellmu dwar l-iktar tim li jmur lura fiż-żmien fil-Ġemanja u wieħed mill-aktar professjonali.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hija waħda mill-isponsors ewlenin għat-tim f’dan l-istaġun. Co-sponsor ieħor huwa l-Air Malta, f’inizjattiva cross-marketing, innovattiva għall-aħħar.
Meta t-tim kien hawn Malta, l-atleti gawdew mill-klima ideali tta’ Novembru biex tħarrġu, minbarra li esploraw il-gżejjer Maltin.
Il-koperazzjoni bejn l-MTA u Düsseldorfer EG kienet inizzjalment maħsuba għal sena. Hija pjanata żjara oħra f’pajjiżna s-sena d-dieħla, din id-darba mhux biss għat-tim, iżda wkoll għall-partitarji tiegħu. Barra minn hekk, Malta se tingħata spinta fl-arena tat-tim, l-ISS Dome. Ta’ min iżomm f’moħħu li l-ice hockey huwa fost l-iktar sport popolari fil-Ġermanja, u fost l-aktar li jattira spettaturi u segwaċi.
Din is-sħubija tikkumplimenta inizjattivi oħra relatati mal-isports. Se jkun hawn avvenimenti interessanti hawn Malta, bħat-turnew “old boys teams” li se jattira parteċipanti mill-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Italja.
Paul Bugeja, Kap Eżekuttiv tal-MTA, qal li bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena kien hemm żieda ta’ 8.2% fil-wasliet ta’ turisti meta mqabbel mal-istess żmien fl-2015. Qal li dan jawgura tajjeb għall-bqija tas-sena u għas-snin li ġejjin.