Il-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea se jkunu qed jiddiskutu is-sigurtà, l-migrazzjoni, ix-xogħol fost iż-żgħażagħ u r-relazzjonijiet ma’ pajjiżi li m’humiex membri.
Dwar is-sigurtà fl-invit li ntbagħat lill-mexxejja, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk sostna li s-sigurtà hija prijoritá fl-isfond tal-isfidi ġeopolitiċi. Suġġett iffukat fuq tliet prijoritajiet , l-istrateġija globali ewropea, il-pjan t’Azzjoni dwar id-difiża Ewropea u d-dikjarazzjoni iffirmata bejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO.
Dwar il-migrazzjoni, se jkun diskuss il-ftehim li kien sar bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija , il-progress li sar ma’ ftehim simili li saru ma’ pajjizi fil-kontinent Afrikan, il-progress li sar fuq il-Pjan t’Azzjoni li tfassal fil-Valletta Summit u r-riforma fis-sistema tal-ażil u kif għandhom jiġu mplimentati il-prinċipji ta’ solidarjetà u responsabilità.
Se tkun diskussa l-ekonomija, iz-zgħazagħ u x-xogħol. Suġġetti li se jħarsu lejn l-investiment u inizjattivi marbuta maz-zgħazagħ. U dwar ir-relazzjonijiet esterni, il-mexxejja ewropej se jiddiskutu r-relazzjoni bejn ir-Russja u l-kunflitt fis-Sirja u s-sitwazzjoni fl-Olanda fl-isfond tal-ftehim t’assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna.
Imbagħad is-sebgħa u għoxrin membru tal-Unjoni Ewropea se jiltaqgħu biex jiddiskutu l-proċess Brexit. Laqgħa li se ssir mingħajr il-Prim Ministru Ingliż Theresa May.