Il-Gvern għaddej bl-aħħar proċess biex, mis-sena d-dieħla, il-PrEP u l-PEP jingħataw b’xejn. Din il-mediċina, f’forma ta’ pillola tgħin fil-prevenzjoni tal-imxija tal-marda trasmessa b’mod sesswali, l-HIV.
Din hi miżura tal-Baġit għas-sena d-dieħla u hemm allokati għalija miljuni ta’ ewro.
Dan proprju ġie nnotat mill-Ministru għas-Saħħa, Jo Etienne Abela, meta t-Tlieta filgħodu nieda għall-konstulazzjoni pubblika l-Istrateġija Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali f’pajjiżna sal-2030.
Strateġija li tibni u ssaħħaħ oħra diġà eżistenti u li kellha tinbidel minħabba diversi fatturi.
“Ħa niddiskutu affarijiet, bħal pereżempju, servizzi ta’ kontraċezzjoni b’xejn għas-soċjetà tagħna, qed nitkellmu fuq condoms, contraception pills, PEP u PrEP f’dak li għandu x’jaqsam mal-imxija ta’ mard.”
Ministru Jo Etienne Abela
Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, semmiet numru ta’ punti ewlenin minn din l-istrateġija kruċjali.
“Qed nagħmlu l-inizjattivi li hemmhekk qed inkomplu bl-edukazzjoni tan-nies u anke nħeġġuhom biex jagħmlu l-għażliet it-tajba. Minbarra hekk, ukoll qed naraw kif nistgħu nressqu aktar qrib is-servizzi li għandna diġà u nkomplu nsaħħuhom biex dik il-persuna tkun tista’ tutilizzahom aktar. Għandna wkoll diversi aspetti ta’ taħriġ għall-professjonisti u riċerka u investiment f’prevenzjoni.”
Charmaine Gauci, Supretendent tas-Saħħa Publika