Mis-6 ta’ Settembru se jkunu jistgħu jibdew isiru l-attivitajiet għal nies bilwieqfa.
Fihom jista’ jkun hemm sa massimu ta’ 100 persuna bil-wieqfa.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fl-istess konferenza tal-aħbarijiet li għamel dalgħodu hekk kif spjega li dawn l-istess attivitajiet se jkunu miftuħa għal min huwa mlaqqam kompletament kontra l-Covid-19.
Il-Ministru għas-Saħħa spjega li dan jista’ jitħabbar wara konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Arti u tal-Industrija tad-Divertiment, l-MEIA.
Qal ukoll li attivitajiet bilqiegħda se jibqgħu jsiru u jkun permess li jikbru fin-numru taħt protokolli ċari.