Mis-6 ta’ Ġunju, se titneħħa d-distanza soċjali fiċ-Childcare Centres.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne f’seduta Parlamentari t-Tlieta filgħaxija.
Il-Ministru għas-Saħħa ħabbar ukoll li mis-6 ta’ Ġunju, tfal ta’ taħt it-12-il sena mhux se jkollhom il-bżonn li jippreżentaw test negattiv tal-PCR sabiex jidħlu f’Malta.
Fil-Parlament, Chris Fearne qal li dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jiġu rilaxxati, hekk kif is-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjiżna hija waħda stabbli u taħt kontroll.
Intant, il-Ministru għas-Saħħa waqt l-istess seduta Parlamentari, ħabbar li qabżu 22,000 persuna li għandhom ‘il fuq minn 65 sena li ħadu t-tieni doża tal-booster tal-Covid.