Amadeo Montilla Manalo ta’ 44 sena mill-Filppini ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li seraq €16,000 mingħand l-imgħallma tiegħu.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud huwa ġie mixli b’serq aggravat wara li kien arrestat iktar kmieni din il-ġimgħa hekk kif affarjiet li l-imputat ħalla warajh wara s-serqa qajmu suspett tant li ssejħu l-Forzi Armati. L-imputat qal lill-Qorti li seraq il-flus minħabba problema tal-logħob.
Huwa rritorna lura €12,500 mis-somma misruqa u wiegħed li jrodd lura l-kumplament malli jsib xogħol.
Il-Qorti kkundannat lill-imputat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ordnat ukoll li jintbgħat lura lejn pajjiżu.