Illejla tħabbar kif Miriana Conte, bil-kanzunetta ‘Serving’, se tkanta fid-disa’ post fit-tieni semifinali tal-Eurvision Song Contest.
Dan wara li llejla tħabbret l-ordni ta’ kif se jkantaw il-pajjiżi parteċipanti f’din il-kompetizzjoni tal-kant, li jkun segwit minn miljuni madwar id-dinja.
It-tieni semifinali tal-Eurovision se jsir il-Ħamis 15 ta’ Mejju. Flimkien ma’ Malta hemm 15-il pajjiż ieħor li se jikkompetu biex jiġu mal-ewwel għaxra, li jgħaddu għall-finali ta’ din il-kompetizzjoni. Bil-finali tal-edizzjoni ta’ din is-sena se ssir is-Sibt 17 ta’ Mejju.
L-edizzjoni ta’ din is-sena se ssir f’Basel l-Iżvizzera.