L-għażla hija ċara, jew l-Unjoni Ewropea tkompli tkaxkar saqajha u tħalli lil oħrajn imexxu, inkella tibda tindirizza l-kwistjoni tal-innovazzjoni minn issa.
Dan kliem il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli, bħala rapporteur għall-Parlament Ewropew dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-karozzi.
Fir-rapport tagħha, Miriam Dalli sostniet li l-miri Ewropej għandhom ikunu iktar ambizzjużi mit-tnaqqis ta’ 30% fl-emissjonijiet sas-sena 2030 hekk kif propost mill-Kummissjoni Ewropea.
Fil-fatt issuġġeriet li sas-sena 2030 dan għandu jkun ta’ 50%, b’mira intermedjarja ta’ 25% sal-2025.
Dalli sostniet li dawn mhumhiex biss proposti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u jintlaħqu l-miri Ewropej għat-tibdil fil-klima, imma anke tiżgura li l-Ewropa tibqa’ kompetittiva f’dan il-qasam meta kkonfrontata ma’ sfidi minn kontinenti oħra.
B’hekk il-konsumaturi Ewropej jgawdu minn mobilità iktar nadifa, b’industrija li tibqa’ kompetittiva f’dan is-suq dejjem jinbidel,
It-trasport fl-Ewropa hu l-ikbar sors ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, b’27% tat-total ta’ emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju fl-Unjoni Ewropea.