L-ewroparlamentari Maltija u l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fi ħdan il-Parlament Ewropej Miriam Dalli, inħatret viċi-chairperson tal-Grupp MEPs Against Cancer.
Dan wara li l-MEP Ingliż Rory Palmer kien kostrett jirreżenja wara t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Dan il-grupp li l-ewroparlamentari Maltija ilha membru tiegħu għal snin twal, twaqqaf fl-2005 u jgħaqqad fi ħdanu membri minn gruppi politiċi differenti bl-għan aħħari jkun dak li jħares l-interessi ta’ dawk milquta bil-marda kiefra tal-kanċer.
Dr Dalli stqarret li kuljum għandna naħdmu sabiex nassiguraw li l-pazjenti tal-kanċer jingħataw prijorità fil-politikà Ewropea u għal din ir-raġuni hemm bżonn li jiġu allokati aktar fondi f’dan il-qasam.