Il-programm immirat għall-politiċi ewropej International Visitor Leadership Programme li jiffoka fuq kwistjonijiet soċjali, politiċi u ekonomiċi fl-Amerka iħares lejn diversi oqsma li taħdem fuqhom Miriam Dalli, li hija waħda mis-16-il parteċipant li qed isegwuh. Fih hemm ukoll Ministru u membru tas-Senat kif ukoll MP’s oħra.
Il-partecipanti jintażgħlu mill-ambaxxati tal-Istati Uniti sabiex jiltaqgħu u jiddiskutu ma’ politiċi oħra bħalhom.
L-ewwel waqfa kienet f’Washington DC, il-belt capital tal-Amerka li fih ukoll ghadd ta universitajiet u kollegi kif ukoll istituti ta ricerka medika u ekonomika. Hemmhekk il-partecipanti saru aktar familjari mas-sistema tal-Gvern Amerikan, il-hajja u l-istituzzjonijiet f’dan il-pajjiz filwaqt li ddiskutew oqsma importanti ma numru ta’ ufficjali tal Gvern u s-Senat.
It-tieni waqfa f’San Diego Kalifornja u anke waqfiet ohra Lincoln, Nebraska and Charlotte in North Carolina fejn saru laqgħat dwar kif tista’ ssir integrazzjoni għar-refuġjati fl-Istati Uniti u anke diskussjoni kontroversjali dwar il-politika kurrenti għall-imigrazzjoni b’mod partikolari dwar il-ħajt bejn il-Messiku u l-Istati Uniti.
Miriam Dalli saħqet li dan il-program jgħin sabiex ikun hemm aktar networking bejn il-politiċi u uffiċjali mill-Istati Uniti u dawk Ewropej. ”Dan jagħti perspettiva differenti ta’ kif l-istati jaħdmu u kif jindirizzaw ċerta oqsma li huma komuni f’pajjiżi oħra. B’hekk joffri ukoll l-opportunità li tara x’ideat u best practices qed jiġu addottati sabiex jiġu ndirizzati numru ta problemi. Dan jgħin ukoll biex wieħed jifhem x’jaħdem u ma jaħdimx f’każijiet bħal dawn.”
Il-kuntatti jwasslu biex wieħed ikun jista’ jara x’oqsma ta interess komuni jkunu jistgħu jiġu żvillupati aktar.