Biex l-Unjoni Ewropea tilħaq il-miri tat-tibdil fil-klima kif imwiegħed fil-Ftehim ta’ Pariġi, l-istati membri jridu jħarsu lejn miri ambizzjużi. Dan qaluh is-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew.
L-MPE tal-S&D fil-kumitat tal-ambjent nhar it-Tnejn li għadda opponew attentat minn naħa tal-konservattivi li jdgħajfu l-ambizzjonijiet tal-UE waqt vot li jippromwovi l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.
“L-S&D ivvutaw għal miri ambizzjużi, b’attenzjoni speċjali fuq is-settur tat-trasport. Tgħajna sapport b’saħħtu lill-biofuels avvanzati minħabba li dawn jista’ jkollhom rwol fit-tul fid-dikarbonizazzjoni tat-trasport, filwaqt li tkellima dwar ir-rwol tal-elettrifikazzjoni fil-miri tal-2030,” qalet l-MEP Laburista u kellimha tal-S&D fuq l-ambjent, Miriam Dalli.
Dalli żiedet tgħid li mhux biżżejjed li wieħed jitkellem biss dwar biofuels. “L-elettrifikazzjoni se tgħinna f’dan is-settur, inkluż biex nilħqu l-miri rinnovabbli għall-2030.”
Fl-Unjoni Ewropea, it-tniġġiż tal-arja joqtol nofs miljun persuna fis-sena. F’Malta biss, it-tniġġiż tal-arja huwa responsabbli għal 220 mewta fis-sena. Din hija waħda mir-raġunijiet ewlenija għalfejn il-Kummissjoni Ewropea, u l-istess il-Gvern Malti, qed jinkoraġixxu l-użu ta’ karozzi li jaħdmu bl-elettriku, hybrid u li jagħmlu użu minn low-carbon fuels fil-mobilita’ urbana.
Dr Dalli qalet li: “Fil-futur se jkollna bżonn produzzjoni bil-massa ta’ fjuwil nadif minħabba li t-talba għat-trasport se tkompli tikber. Se jkollna bżonn standards tal-ogħla kwalità, bi kriterji stretti ta’ sostenibbiltà.”
L-S&D qed jinsistu li nuqqas ta’ azzjon se twassal biss għal dipendenza għolja fuq importazzjoni ta’ enerġija u tipperikola l-impenn tal-EU biex tnaqqas l-emissjonijiet.
Fil-każ ta’ Malta, il-livell ta’ emissjonijiet mit-trasport tal-art kibru b’16.4% bejn l-2005 u l-2014. Bil-miri ambizzjużi tal-2020, il-gvern ippreżenta strateġija nazzjonali għat-trasport sal-2050 u master plan sal-2025. Wara l-ewwel 100 jum tat-tieni term ta’ gvern Laburista, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li hemm pjanijiet biex tinstab data li fiha ma jibqgħux jinbigħu aktar karozzi li jaħdmu bil-petrol jew diesel.