Il-miri finanzjarji huma essenzjali għal kull preżentazzjoni tal-baġit u l-miri intlaħqu, kuntrarju għal li kien jiġri fl-imgħoddi.
Malta rreġistrat tkabbir ekonomiku ta’ 4.1%. It-tkabbir reali huwa aktar mid-doppju tat-tkabbir li kien hemm fl-Unjoni Ewropea u fiż-Żona Ewro. Hawn il-medja tat-tkabbir ekonomiku fl-ewwel nofs tal-2016 kien ta’ 1.9%.r titjib ta’ 0.7 punti perċentwali fuq is-sena li għaddiet.
Id-dejn pubbliku mqabbel mal-prodott domestiku gross kompla niżel biex il-piż tad-dejn fuq l-ekonomija Maltija qed jonqos. Fl-aħħar tal-2013, id-dejn niżel għal 68.6%, fl-aħħar tal-2014 niżel għal 67.1%, filwaqt li fl-aħħar tal-2015 niżel għal 64%. Din is-sena mistenni jinżel għal 63.3% fil-mija.
It-tbassir għal li ġej jgħid li t-tkabbir fl-impjiegi jibqa’ b’saħħtu u jkun ta’ 2.7%, filwaqt li r-rata ta’ qgħad tibqa fil-livell baxx ta’ 5%.
Is-sena d-dieħla d-defiċit mistenni jinżel għal 0.5% u l-piż tad-dejn għal 61.9% fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross.
Dawn ifisser l-inaqas defiċit minn meta bdew jinġabru l-figuri u l-anqas piż tad-dejn nazzjonali fl-aħħar 18–il sena.