Ġuvni ta’ sbatax-il sena tressaq il-Qorti mixli b’attentat ta’ serq u b’kompliċita ta’ serq minn bar f’San Pawl il-Baħar. Huwa ġie arrestat nhar il-Ħadd wara li nqabad mill-Pulizija dieħel f’bar wara li kisser l-ħġieġ biex jisraq.
Maż-żagħżugħ kien hemm persuna oħra. Il-ġuvni, li ismu ma jistax jissemma għax għadu minuri, ammetta l-akkużi.
L-imputat ġie mixli b’żewġ serqiet oħra: serqa minnhom flus minn kamra ta’ lukanda u serqa oħra involviet affarijiet elettroniċi minn residenza . Il-ġuvni wieġeb mhux ħati għal dawn il-każijiet. Huwa akkużat li kkommetta diversi reati waqt li kellu sentenza sospiża, u li sar reċediv.