Aktar kmieni llum waranofsinhar, il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw żewġ minuri li sabu ruħhom f’diffikultà fil-baħar.
Fil-fatt, wara telefonata fuq il-112, irriżulta li ż-żewġ minuri kellhom bżonn l-assistenza wara li ċ-ċattra, li kienu fuqha, spiċċat inġarret ’il barra kawża tar-riħ li ħakem l-akwati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huma ġew salvati u ngħataw assistenza wkoll minn tim mediku.
Fi stqarrijan il-Forzi Armati ta’ Malta tennew li l-pubbliku għandu jħares is-sigurtà tiegħu nnifsu f’dawn is-sitwazzjonijiet, filwaqt li jsegwi t-twissijiet tat-temp li jinħarġu.