“Mintoff qed jitqalleb fil-qabar” – din hija dikjarazzjoni li għamilha d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, meta indirizza lill-partitarji Nazzjonalisti f’Raħal Ġdid.
Fl-stess attività spikkat d-dikjarazzjoni tal-kandidata Nazzjonalista Caroline Galea li qalet li meta tkun mar-raġel qed timla l-formola tat-taxxa tgħidlu “iva marelli, ma nistgħux naqtgħu ftit minn hemm jew minn hawn…daqs kemm qed nħallsu taxxa?”.
Minn naha tiegħu l-Kap Nazzjonalista reġa kellu diskors mill-aktar aggressiv fejn qal lil Joseph Muscat biex jitlaq ‘l barra . Qal li Joseph Muscat kiteb storja sewda fl-istorja ta’ pajjiżna.
Tkellem ukoll il-kandidat Nazzjonalista Ivan Bartolo li għazel li jieħu lin-nies lura lejn nies jissawtu u każini jinħarqu.